Ġuvni ttieħdet l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15:10 f’Baħar iċ-Ċagħaq meta għal xi raġuni x-xufier tal-quad-bike misjuq minn Daniż ta’ 28 sena u li miegħu kellu passiġġiera, tilef il-kontroll.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-ġuvni l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Il-passiġġiera ma ġarrbet ebda ġrieħi.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.