Taljan ta’ 20 sena residenti s-Swieqi tressaq il-Qorti akkużat b’serq ta’ flus u misapproprjazzjoni mill-Casino li kien jaħdem fih. Manolo Fulvio Trevison deher imbikkem u beda jitgħannaq mal-qraba tiegħu fl-awla. Huwa kien akkużat ukoll li nhar l-Erbgħa fis-18:30 irresista l-arrest tal-Pulizija u darab ħafif lil uffiċjal minnhom. L-akkużat qabeż jgħum għarwien fil-bajja ta’ Spinola biex jipprova jeħles mill-pulizija.
It-Taljan ikkalma ftit mill-biki x’ħin l-Maġistrat Monica Vella tagħtu s-sentenza ta’ sentejn ħabs sospizi għal erba’ snin. Filwaqt li ordnatu jħallas multa ta’ €4,500. Huwa kien ordnat ukoll li jagħti lura t-€3,000 li seraq minn fuq il-post tax-xogħol. Bl-akkużat wieġeb li se jħallas bin-nifs.