John Mifsud mix-Xgħajra ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li kkommetta serq aggravat ta’ vettura u oġġetti oħra, li l-valur tagħhom jaqbeż l-€2,300. Fl-istess ħin laqa’ jew xtara ħwejjeġ misruqa jew meħuda b’qerq, kif ukoll li hu riċediv. Il-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda fi Triq Pinto f’Ħal Qormi.
Il-Maġistrat Monica Vella ordnat lill-imputat sabiex ma jkellimx lix-xhieda, li jkun id-dar fid-21:00, kif ukoll li jħallas depożitu ta’ €500 b’garanzija personali ta’ €4,000.
Għall-imputat deher l-Avukat Noel Cutajar.