Judith Bakush ta’ 28 sena ġiet illiberata mill-akkużi miġjuba kontriha- wara li tresqet il-qorti akkużata bi tlajjar u tħajjir għall-prostituzzjoni.Il-każ seħħ fit-8 ta’ Novembru tal-2016 fil-Marsa,meta l-pulizija mill-iskwadra ta’ kontra l-vizzji kienu qegħdin jagħmlu ronda għall-ħabta tas-19:20pm fi Triq San Bernard- meta lemħu vann abjad tat-tip Toyota fejn innotaw lill-imputata b’rasha baxxuta u l-isfel fuq in-naħa tax-xufier fejn hemmhekk kien hemm raġel ieħor.
Fil-Qorti ingħad li l-imputata kif ukoll ir-raġel li kien hemm ġol vann allegatament kienu ftemu li jiltaqgħu il-Marsa fejn għal 20 minuta servizz kien ser isir ħlas ta’ €20.
Fil-ħin li l-pulizija waslu ħdejn l-imputata u raġel li kien hemm fil-vann, huma kienu għadhom ma bdew xejn u l-ħwejjeġ kienu kollha fuqhom.
Minħabba nuqqas ta’ provi, l-Qorti illiberat lill-Judith Bakush mill-akkuzi miġuba kontriha.
Għall-imputata dehru l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri.