Se jkun il-Kanoniku Dun Ġwann Sultana li jieħu t-tmexxija tal-Knisja Arċipretali taż-Żebbuġ Għawdex. Dan wara li l-Arċipriet Rueben Micallef irreżenja mill-uffiċċju bħala Arċipriet tal-parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema.Dan tħabbar ilbieraħ fi stqarrija stampa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Kurja Veskovili ta’ Għawdex.
Dun Ġwann huwa mwieled ix-Xagħra Għawdex u ġie ordnat bħala saċerdot fil-21 ta’ Ġunju 1996.
Għal 15–il sena sħaħ Dun Ġwann kellu f’idejh ir-responsabilità pastorali tal-komunità ta’ Sant’ Anton Abbati li tinsab fl-inħawi tal-Qaċċa fix-Xagħra. Għal diversi snin ukoll, il-Kanoniku Sultana serva bħala d-direttur tal-istamperija Djoċesana, Gozo Press.
L-Arċipriet Sultana huwa wkoll edukatur fl-iskola tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesu.