In-nirien li ħakmu parti mill-Kumpless tal-Magħtab jinsabu taħt kontroll.
Mill-ewwel issejħet l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex flimkien mal-ħaddiema tal-Wasteserv tikkontrolla dawn in-nirien.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u l-impjant innifsu ma ġiex mittiefes min-nirien.
In-nirien, li qegħdin taħt kontroll, jeħtieġu ftit ġranet sakemm jintfew għal kollox.
Għaldaqstant, wieħed għandu jimxi mal-avviżi maħruga mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u d-Direttorat tas-Saħħa Pubblika.
Il-Kumpless tal-Magħtab se jibqa’ jirċievi l-iskart bħas-soltu.
Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera jirringrazzja lil kull min huwa involut f’din l-operazzjoni.