Is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika qed tappella biex persuni li jbatu minn mard tal-qalb jew tal-pulmun, u persuni li jbatu bl-ażma, huma f’riskju ikbar li jkunu affettwati min-nirien li dalgħodu ħakmu l-impjant tal-Wasteserve tal-Magħtab. Persuni li jgħixu fil-viċinanzi, partikolarment fil-Għargħur, in-Naxxar, u San Ġwann, huma mħeġġa jibqgħu ġewwa tul il-jum bit-twieqi u l-bibien tad-dar magħluqin.
Jekk xi persuna tinnota sintomi mhux tas-soltu, għandha ssejjaħ tabib minnfih.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed iwissu wkoll li ċertu lokalitajiet huma f’riskju ikbar minħabba d-direzzjoni tar-riħ.