F’madwar 59 ċentru ta’ SkolaSajf madwar Malta u Għawdex organizzata mill-FES din is-sena laqgħat mat-12,000-il student fejn l-attendenza kull ma tmur qed dejjem tiżdied. Aktar minn 1600 ħaddiem matul il-program ta’ SkolaSajf li jinkludu Playworkers u Child Support Workers ħadu ħsieb il-programm sħiħ ta’ attivitajiet fiżiċi u logħob li kien ta għajnuna kbira li t-tfal jipparteċipaw skont l-abilitajiet u l-eta’ tagħhom.Apparti dan, l-attivitajiet imwassla waqt il-programm ta’ Skolasajf kemm dawk fiżiċi u ikel bnin mgħotija lill-istudenti, ssapportjaw il-linji gwida tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa kif ukoll tal-Prevenzjoni tal-Mard.
Waqt żjara fiċ-ċentru tan-Naxxar ta’ SkolaSajf, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima ingħaqad ma studenti, Playworkers u Child Support Workers fl-attivita’ tal-iSport Day.
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima rringrazzja lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (FES) li matul it-tmien ġimgħat li għaddew il-programm ta’ SkolaSajf bit-tema ‘Nghixu l-Kultura’ kien iffukkat ukoll fuq l-aspett ta’ ħajja sana u attiva’ u li ta’ kuljum it-tfal kellhom diversi attivitajiet ta’ Edukazzjoni Fiżika. Dan juri l-impenn tal-Gvern biex nħeġġu aktar tfal jipparteċipaw u nkomplu nwasslu l-messaġġ dwar ħajja attiva biex tiġi inklussa bħala rutina fil-ħajja tagħhom.
Dr Grima saħaq li Skolasajf toffri opportunità lit-tfal biex igawdu l-vaganzi tas-sajf fil-kumpanija tal-ħbieb filwaqt li jkunu attivi f’attivitajiet edukattivi mhux formali li jinkludu attivitajiet fiċ-ċentri stess, kif ukoll ħarġiet kulturali u ta’ divertiment. Huwa tenna b’sodisfazzjoni li t-tfal urew interess kbir fejn kellhom opportuntia’ li jitħejjew minn bosta kowċis minn diversi dixxiplini tal-isport f’bosta sezzjonijiet bl-għan ewlieni li jrawwmu interess fihom biex jibdew jippratikaw xi sport partikolari.