Minkejja rapporti fuq il-midja soċjali li Ġorġ Agius, magħruf bħala Ġorġ tal-Mużew miet matul il-lejl, one.com.mt jista’ jikkonferma li għadu ħaj.
Sorsi qrib ir-Residenza San Vinċenz de Paul sejħu din l-informazzjoni bħala falza għax Ġorġ “għadu ħaj u jgħanni”.
Fl-aħħar jiem, Ġorġ Agius iddaħħal l-Isptar Mater Dei u wara ttieħed fir-Residenza SAn Vinċenz wara li saħħtu marret lura.