Jiem qabel ma pajjiżna jinxtegħel bil-kuluri tal-qawsalla għall-ġimgħa magħrufa bħala l-Pride Week, il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà nediet proġett bl-isem ta’ Rainbow Families Network.
Proġett li fiċ-ċentru tiegħu hemm il-qraba ta’ persuni LGBTIQ, li se jkunu qed jiltaqgħu fi spazju sikur fil-ġnien privat tal-Palazz ta’ San Anton.Hemmhekk, għadd ta’ professjonisti se jmexxu sessjonijiet interattivi għal dawn il-familji – li anki jekk pajjiżna huwa minn ta’ quddiem fid-dinja fil-qasam tal-inklużjoni u drittijiet indaqs, xorta għadhom qed jaffaċċjaw numru ta’ sfidi soċjali – bħal bullying, stigma, diskriminazzjoni u esklużjoni.
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li dan il-proġett mhux biss se jkun ta’ benefiċċju għall-familji ta’ persuni LGBTIQ għax jingħataw kuraġġ jaffaċċjaw il-ħajja, iżda se jkun ta’ esperjenza pożittiva wkoll għall-professjonisti.