Ħadd ma ndarab wara li waqa’ saqaf ta’ residenza f’Birkirkara.Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:15 fi Sqaq Bużaqq f’Birkirkara meta għal xi raġuni waqa’ saqaf ta’ residenza li tinsab fl-istess triq.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija kif ukoll ta’ żewġ karozzi tat-tifi tan-nar.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.