60 sena ta’ mħabba u sagrifiċċji. Hekk biss jistgħu jiġi deskriti is-sittin sena li ilhom miżżewġin Żaren u Maria.
Żewġ Melliħin minn ġuf ommhom li trabbew ftit metri biss ’il bogħod minn xulxin. Min qatt kien jgħidilhom li se jqattgħu ħajjithom flimkien.
Kien Żaren li għamel l-ewwel pass billi saqsa l-oħt Maria, jekk oħth a kinitx qed toħroġx ma xi ħadd. It-tweġiba kienet waħda pożittiva, u minnufih mexa għall-pass ta’ wara: kellem lil missierha.Żaren fakkarna fl-ewwel ħarġa tagħhom flimkien, il-Karnival tal-Belt, avveniment li fih omm Marija qaltilha biex jekk Żaren dak li kellu jkun żewġha jidħol ġo xi ħanut, ma tidħolx miegħu. Biss l-imħabba rebħet fuq kollox għaliex Marija għamlet ta’ rasha.
Fi kliem Marija s-sigiret ta’ dan kollhu jibqa’ s-sagrifiċċju u li ssib bilanċ bil-bżonnijiet taż-żewġ persuni.
Biss kien jonqos messaġġ sabiħ lil xulxin biex verament juru kemm din il-fjamma ta’ mħabba għadha tixgħel.
Huma qalu li “Jien l-imħabba tiegħi kont inħobbha, għadni nħobbha u nħobb it-tfal. Ma noqgħodx mingħajr it-tfal. U jekk ma jsibnix hawn qas jiekol, ngħidlu m’għandek xejn lest jgħidli imma mingħajrek ma nikolx.”