Fekruna ta’ madwar 17-il sena nstabet mejta wara li ntlaqtet minn dgħajsa bil-qoxra tagħha nstabet maqsuma fi tliet biċċiet, bil-kawża tal-mewt tkun daqqa ta’ dgħajsa.
Il-fekruna nstabet mal-kosta ta’ Tas-Sliema mis-sezzjoni Marittima ta’ Transport Malta u nġiebet max-xatt f’San Ġiljan.
F’messaġġ fuq Facebook in-Nature Trust irringrazzjaw lill-Pulizija, lil Transport Malta u kif ukoll l-ERA għall-appoġġ kollu li wrew.
Huma temmew b’appell għal kull min għandu dgħajsa biex jieħu ħsieb waqt li jkun fuq il-baħar sabiex jiġi evitat li fkieren oħra jispiċċaw mejtin b’kawżi simili.