Eritrjan ta’ tmienja u għoxrin sena nżamm arrestat wara li ttella’ l-qorti mixli li agredixxa żewġ pulizija bejn it-tlieta kwart u erbgħa kwart ta’ filgħodu u li m’obdiex l-ordnijiet mogħtija mill-istess pulizija.
Apparti minn hekk ġie akkużat li kiser il-bon ordni pubblika b’għajjat u ġlied kif ukoll offenda l-pudur pubbliku u neża għarwien ħuta fil-pubbliku. Il-proċedura legali kellha ssir bl-Ingliż hekk kif l-akkużat, Zere Negasi Gebrehiwot, ma jifhimx bil-Malti.
L-imputat għandu biss konnoxxenza verament bażika tal-lingwa Ingliża u ammetta mal-Maġistrat Audrey Demicoli li xorta waħda għandu problema sabiex jifhem l-Ingliż. Minkejja dan, l-ispettur Elliott Magro saħaq mal-maġistrat li waqt l-interrogazzjoni beda jinftiehem sew bl-Ingliż mal-imputat. Assistit mill-avukat tal-għajnuna legali, Dustin Camilleri, l-akkużat wieġeb mhux ħati iżda ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.