John Zammit ta’ sebgħin sena minn San Ġiljan intbagħat tliet snin ħabs, wara li ammetta li abbuża sesswalment minn żewġ subien ta’ ħmistax-il sena f’ħanut tal-pastizzi li fih kien jaħdem part-time.
Fil-Qorti rriżulta li l-anzjan kien iħajjar lil dawn il-minorenni għall-attivitajiet sesswali b’ikel jew flus, u ż-żewġ minorenni aċċettaw iktar minn darba.
Il-pulizija saret taf b’dan l-aġir permezz ta’ informazzjoni minn persuna anonima u waqt l-interrogazzjoni, l-imputat innifsu stqarr li kien hemm żewġ minuri oħra ta’ sittax –il sena involuti.
L-avukat tal-għajnuna legali Dustin Camilleri, innota li l-imputat għandu kondotta nadifa, u li ddispjaċieh tal-aġir tiegħu tant li wieġeb ħati mill-ewwel.
Il-Maġistrat Audrey Demicoli ikkundannatu għal tliet snin ħabs u talbet għal ordni ta’ protezzjoni fuq il-minuri