Il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini kellu jċedi u jdaħħal l-immigranti abbord il-bastiment Diciotti- dan wara li spiċċa iżolat mill-Istati Membri Ewropej.
Tard is-sibt filgħaxija, l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini qal li l-Irlanda u l-Albanija aċċettaw li jieħdu numru ta’ immigranti. L-istess Ministru tal-Intern Taljan qed jiġi investigat b’rabta ma’ dan il-każ.
Minkejja li d-Diciotti kien ilu jiem sħaħ bejn sema u ilma, l-Gvern Taljan għall-ewwel aċċetta li jilqa biss lit-tfal- minkejja li għal xi jiem baqa jsabbat saqajh, il-bieraħ filgħaxija kellu jaċċetta li jdaħħal 16-il immigrant irregolari minħabba li kienu fi stat ħażin ta’ saħħa fejn saħansitra kien hemm anke suspetti li tnejn minnhom għandhom it-tuberkolożi.