Ħanut tal-ħwejjeġ fil-Belġju ġie mmultat iktar minn €13,000 wara li ddiskrimina l-irġiel sabiex il-postijiet batala jittieħdu min nisa.
Dan tħabbar wara kawża li waslet quddiem it-tribunal għax-xogħol Belġjan wara li raġel minn Louvain għamel rapport quddiem l-istitut Belġjan għall-ugwaljanza bejn is-sessi.
Dan wara li r-raġel applika għal post tax-xogħol f’dan il-ħanut iżda xi ħadd inkariġat mill-ħanut qallu li kienu qegħdin ifittxu għal mara.
L-istitut Belġjan għall-ugwaljanza bejn is-sessi qal li ssoltu każijiet bħal dawn ikunu solvuti mingħajr indħil tal-Qorti. Il-Qorti ddeċiedet li ma jissemmux l-ismijiet tal-ħanut u tar-raġel li applika għax-xogħol.
Finalment, il-Qorti ddeċidiet li l-ħanut irrid iħallas il-paġa ta’ sitt xhur li kienet se tagħti lir-raġel li kieku ġie magħżul, bl-ammont immultat ikun ta’ €13,289.84.