Studju globali li sar f’195 pajjiż ura kif tazza nbid kuljum tista’ twassal għal riskju ta’ kanċer u mard ieħor, għalkemm dan l-istudju wera wkoll kif dawk li jixorbu b’mod moderat jista’ jnaqqas iċ-ċans t’attakk tal-qalb iżda li r-riskju ta’ mard ieħor hu ferm akbar. L-istudju ura li min dawk 100,000 li ma jixorbux, 914 persuna jkun affetwati b’mard bħal kanċer. Dawk li jixorbu tazza kuljum, 4 persuni jkunu affetwati b’mard.
L-istudju ura kif dawk li jixorbu 2 tazzi kuljum t’alkoħol, 63 persuna jimmirdu fis-sena ta’ wara.
Filwaqt li dawk li jixorbu ħames tazzi kuljum, dawk li jimmirdu jiżdiedu għal 338 persuna.
Wieħed mill-awturi ta’ dan l-istudju, Dr Max Griswold qal li dawk li jixorbu tazza waħda għandhom riskju inqas minn dawk li jixorbu iktar minn tazza waħda.