Raġel armat b’sikkina qatel lil ommu u lil oħta f’Pariġi, qabel ma nqatel mill-Pulizija. Il-Ministru għall-Intern Franċiż qal li l-inċident mhux qed jiġi trattatt bħala attakk terroristiku.Iktar tard wara l-attakk, l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku qal li hu kien responsabbli minn dan l-attakk, tant, li l-aggressur beda jgħajjat ‘Allahu Akbar’ qabel ma nqatel mill-Pulizija.
Rapporti internazzjonali qed jgħidu li r-raġel daħal f’dar wara li qatel lil ommu u lil oħtu, u appena kif ħareġ bis-sikkina f’idejh, sparawlu l-Pulizija. Skont il-midja, l-aggressur kien qed isofri minn problemi psikoloġiċi serji.
Il-Pulizija żiedet tgħid li r-raġel kien magħruf magħha minħabba t-tendezi estremisti tiegħu.