Hekk kif il-Kuntistabbli Simon Schembri qed jagħti l-ewwel xhieda tiegħu fil-każ kontra Liam Debono, bintu Leah qed turi l-appoġġ tagħha lill-missierha fuq il-midja soċjali.
F’post fuq Instagram, bint il-kuntistabbli qalet li se ssir ġustizzja ma’ missierha, u talbitu jibqa’ b’saħħtu, bħal ma dejjem kien.
Il-kumpilazzjoni kontra Liam Debono, il-ġuvni ta’ 17-il sena mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ Schembri, għaddejja bħalissa fil-Qorti.