Karozza tal-linja skidjat fi Triq Reġjonali, Santa Venera, direzzjoni lejn San Ġiljan.
Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident li seħħ ftit tal-ħin ilu. Il-karreġġjata fejn bħalissa għadha tinsab il-karozza tal-linja hija magħluqa u għalhekk inħolqot konġestjoni ta’ traffiku.
Iktar dettalji fil-ħin li ġej.