Se jkun it-tieni tieġ irjali għal din is-sena; imiss lill-Prinċipessa Eugenie u Jack Brooksbank li se jiżżewġu fl-istess post fejn iżewġu l-Prinċep Harry u Meghan Markle.
Ħdejn it-tieġ tal- Prinċep Harry u Markle, dan it-tieġ għalkemm mhux irħis ma jikkumparax fl-ispejjeż. Tal-ewwel ġie jiswa mas-46 miljun sterlina Ingliża.
It-tieġ se jsir nhar it-12 ta’ Ottubru li ġej.
Fatt interessanti hu li l-Prinċipessa Eugenie mhix se jkollha plastik fid-dar tagħha. Hi saħqet li minn dejjem kienet attivista kontra l-użu tal-plastik u se tkun eżempju għal ħaddieħor dwar dan is-suġġett.