Il-Gvern applika mal-Unjoni Ewropea biex minn fondi nazzjonali jkun jista’ jagħti għajnuna mill-istat li tammonta għal total ta’ €900,000 lil madwar 5,000 bidwi
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes innota li dan se jingħata lill-bdiewa bħala estenjoni għall-entitlement tal-art li jieħdu, li se jfissrilhom żieda ta’ kważi 40%.
Tenna li din is-sena kien hawn l-ikbar nixfa fl-aħħar 93 sena, u dan il-kumpens mhux se jikkumpensa l-ħsarat u t-tbatija żejda li daħlu għaliha l-bdiewa Maltin.