Mara ta’ 47 sena min Għajnsielem qed tingħata l-kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li waqgħet mill-gallarija tar-residenza tagħha stess. Iktar tard kien ikkonfermat li l-mara qed issofri minn ġrieħi ħfief.
Il-każ seħħ ftit tal-ħin ilu fi Triq Dun Ġużepp Galea Rapa f’Għajnsielem. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar għall-kura.