Tifel ta’ 14-il sena safa’ aggredit minn pitbull għall-ħabta tal-05:15 ta’ dalgħodu.
Kienet qariba tat-tifel li fuq il-midja soċjali kitbet dwar dan l-inċident u appellat biex tittieħed azzjoni.
Missier il-vittma spjega ma’ ONE News li l-inċident seħħ fi Triq San Ġwann f’Bormla wara li t-tifel, Jean Claude Vella, ħareġ jarmi kaxxa barra. Vella se jkollu jiġi operat f’saqajh minħabba ġrieħi li ġarrab f’dan l-inċident.
ONE News jinsab infurmat li l-Pulizija u d-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali qed jinvestigaw dan il-każ