L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qed tirtira minn fuq is-suq slime għat-tfal (kif jidher fir-ritratt mehmuż), dan wara li nstab li fih ammont kbir ta’ boron.
L-inġestjoni jew il-kuntatt dirett ma’ kwantità eċċessiva ta’ boronjistgħu possibbilment jikkawżaw ħsara lis-sistema riproduttiva tat-tfal. Il-prodott ma jikkonformax mal-kodiċi rekwiżiti tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ġugarelli u l-istandard Ewropew rilevanti EN 71-3.
Fid-dawl ta’ dan, il-konsumaturi għandhom jevitaw l-użu ta’ dan is-slime u huma mħeġġa jirritornawhom fil-ħwienet minn fejn xtrawhom. L-operaturi ekonomiċi huma ordnati li jieqfu milli jbiegħu jew iqiegħdu dan il-prodott fuq is-suq. Barra minn hekk, l-MCCAA tieħu azzjoni, kif prevista mil-liġi, kontra dawk l-operaturi ekonomiċi li jkomplu jqiegħdu dan il-prodott fuq is-suq.
Għal mistoqsijiet u tagħrif ieħor rigward dan is-slime jew xi prodotti oħrajn li mhumiex tal-ikel misjuba fuq is-suq Malti, wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq 23952000, info@mccaa.org.mt jew billi jżur www.mccaa.org.mt.T