Mat-tokki tat-08.00 tal-akbar qanpiena f’Malta toħroġ il-vara artistika ta’ Santa Elena mill-kolleġġjata bażilika minuri f’Birkirkara: xogħol l-artist Salvatore Psaila.
Din hija wahda mill-festi li tiġbed numru kbir ta’ nies, anke għall-fatt li hija unika għaliex toħroġ filgħodu.
Spettakolari hija l-ġirja li ssir bl-istatwa waqt id-dħul, fejn il-poplu Elenjan ikanta minn qalbu ‘Ġejt magħżula biex issib, l-għuda Mqaddsa tas-Salib.’