Il-gżira Indoneżjana Lombok reġgħet theżżet minn terremot ieħor b’saħħtu, wara ġimgħat ta’ theżżiżiet li qatlu iktar minn 460 persuna.
It-terremot tal-Ħadd kejjel qawwa ta’ 6.3 , u seħħ f’fond ta’ tmien kilometri. Għadu mhux magħruf kienx hem fatalitajiet. Residenti qalu li t-terremot inħass b’saħħtu fil-Lvant tal-gżira, bin-nies joħorġu jiġru fit-toroq.
Lombok esperjenzat mijiet ta’ terremoti u theżżiżiet mid-29 ta’ Lulju. L-ikbar terremot, li kellu qawwa ta’ sitta punt disgħa, seħħ fil-5 ta’ Awwissu u qatel iktar minn 430 persuna.