Wieħed minn kull erba’ persuni, u wieħed minn kull ħames żgħażagħ jgħaddi minn xi problema ta’ saħħa mentali.
Għaldaqstant il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ imbarka fuq proġett ma’ Erasmus+ u EUPA, biex flimkien maż-żgħażagħ janalizzaw is-sitwazzjoni dwar servizzi ta’ saħħa mentali – fl-edukazzjoni, fix-xogħol, u fil-qasam tas-saħħa – u joħoġu b’policy biex dawn is-servizzi ta’ saħħa mentali jiżdiedu, jissaħħu, u jinxteħet iktar dawl fuqhom.
Dan biex kull min ikun jeħtieġ servizzi ta’ saħħa mentali: isib servizzi għall-ħtiġijiet tiegħu jew tagħha, u ma jiddejjaqx jagħmel użu minnhom. Fl-istess waqt iż-żgħażagħ kollha jkollhom l-għodod meħtieġa biex jaffaċċjaw problemi ta’ saħħa mentali li jistgħu jaffaċċjaw huma jew dawk ta’ madwarhom.