“Kif tista’ ttajjar kelb u tħallih jiġġieled għal ħajtu f’nofs triq ewlenija, daqslikieku qishu ma ġara xejn?”
Hekk qal id-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali f’Għawdex wara li ppubblika ritratt ta’ kelb b’kullar aħmar mitluq fi Triq il-Qala. Id-Direttorat spjega kif hu jifhem li l-inċident jiġru iżda li wieħed għandu jieqaf u jagħti l-ewwel għajnuna u mhux iħallih hemm f’nofs tat-triq.
Spjega kif dan il-kelb x’aktarx ġie mtajjar aktar minn darba minn vetturi oħra li ma setgħux jevitawh.
Sfortunatament il-kelb tilef ħajtu kawża tal-ġrieħi li ġarrab.
Id-Direttorat irringrazzja lil dik il-mara li sabet il-ħin biex twaqqaf u tagħmel telefonata sabiex tirrapporta dan il-każ.