Sewwieq ta’ mutur anzjan qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħal Kirkop.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-09:30 ta’ dalgħodu meta Toyota Ractis misjuqa minn mara ta’ 38 sena minn Ħal Kirkop ħabtet ma’ mutur Yamaha 80 misjuq minn raġel ta’ 77 sena, ukoll minn Ħal Kirkop.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.