Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed iwettaq operazzjoni ta’ tifi tan-nar fil-Maqluba.
Mill-investigazzjonijiet li saru sa issa, jidher li n-nar jista’ jkun beda minn logħob tan-nar fuq l-art jew mill-ajru fil-viċinanza.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħa azzjoni immedjata fuq it-twissija u sejjaħ għal servizzi tat-tifi tan-nar żejda. Aktar minn 37,000 litru ta’ ilma intużaw f’dan l-eżerċizzju estensiv li ilu għaddej għal aktar minn 3 ijiem.
Dan mistenni jkompli wkoll fil-jiem li ġejjin.