F’Lulju tas-sena li għaddiet, persuni li jkollhom appuntament fl-outpatients fl-Isptar Mater Dei bdew jirċievu messaġġ lejliet l-appuntament tagħhom.
Sabiex f’sena, propju sal-aħħar ta’ Lulju, intbgħatu mat-tmien mitt elf sms lill-persuni li kellhom appuntament maġġuri fl-outpatients.
Fl-aħħar ġimgħat, persuni li jkollhom appuntament fid-dipartiment tad-dermatoloġija fl-isptar Boffa u fl-isptar tal-onkoloġija ukoll bdiew jirċievu l-sms.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei Ivan Falzon qal li dan is-servizz ta’ effiċjenza intlaqat b’mod pożittiv fost il-pubbliku.
Ikun hemm pazjenti li jafu bis-servizz u jgħidulek ma rċivejt xejn.
Dan is-servizz għen sabiex l-Isptar Mater Dei jigwadanja erbat elef appuntament, li qabel kien jintilef kull sena għax il-pubbliku ma kienx jattendi għall-appuntament jew għax jinsew jew għax jitilfu l-karti tal-appuntament.
Aktar persuni attendew għal appuntament u b’hekk fl-isptar Mater Dei naqset bin-nofs it-talba għal appuntament ieħor.
Żieda fl-attività. U aktar ċans ikollhom appuntament. Impatt pożittiv fuq sistema.
Persuni li ma jkunux se jattendu għall-appuntament jew iridu jbiddlu appuntament huma mitluba li jċemplu fuq il-helpline – tnejn ħamsa, erbgħa ħamsa, sebgħa zero, zero zero.
Dan is-servizz ġdid offrut lill-pubbliku wassal sabiex l-Isptar Mater Dei rebaħ premju tal-Best E-government intiative mill-Awtorita Maltija għall-kommunikazzjoni.