Uffiċjali fl-Indja ‘arrestaw’ 18- il iljun biex ikunu jistgħu jinvestigaw liema iljun huwa responsabbli li qatel u kiel tlett persuni.
Huma jispjegaw kif l-iljun li jinstab ‘ħati’ ser jinżamm għomru kollhu fiz-zoo filwaqt li l-kumplament ser jinħelsu lura fis-santwarju.
Matul dawn l-aħħar xahrejn l-iljuni kienu qed jinżammu f’ gaġeġ separati sakemm jidentifikaw l-iljun ‘il-ħati’.
L-uffiċjal tal-foresta Ja Khan qal li għandhom indikazzjoni liema iljun qatel u kiel tlett persuni filwaqt li l-esperti qalu kif il-popolazzjoni tal-iljuni fil-foresta jaf tkun il-kawża wara din l-imġieba.