Raġel ta’ 63 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq tal-Barrani.
Ir-raġel, li huwa minn Ħal Għaxaq, kien qed isuq vettura tat-tip Toyota Funcargo, li għal xi raġuni kellha mpatt ma’ vettura oħra tat-tip Dacia Sandero misjuqa minn raġel ta’ 30 sena minn Ħal Għaxaq. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 ta’ dalgħodu.
Fuq il-post issejħet ambulanza biex tieħu lir-raġel ta’ 63 sena l-Isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.