Il-Kapitali Awstrijaka hija l-aqwa belt fid-dinja biex tgħix fiha. Dan skont studju internazzjonali jsir kull sena mill-Economist Intelligence Unit.
Kull sena, l-istudjużi jippubblikaw lista’ tal-aqwa 140 belt madwar id-dinja biex wieħed jibni ħajja fihom, skont stabbiltà ekonomika u politika, sigurtà, u aċċess għal servizzi marbuta mas-saħħa.
Din is-sena, Vjenna tinsab fil-quċċata ta’ din il-lista, l-ewwel darba li belt Ewropea qatt ingħatat dan l-unur.
Melbourne fl-Awstralja segwiet fit-tieni post, filwaqt li Manchester fir-Renju Unit rat l-ikbar titjib fost bliet Ewropej oħra, b’qabża ta’ 16-il post.