Il-Ħadd 19 ta’ Awwissu se jkun l-iktar jum bieżel għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’madwar 180 tlugħ u nżul ta’ ajruplani, li se jwasslu lil madwar 28,000 passiġġiet lejn id-destinazzjoni tagħhom.
Awwissu huwa l-iktar zahar popolari għal vjaġġar tal-familji minħabba li diversi persuni jieħdu pawża mix-xogħol, u t-tfal ikunu bil-vaganzi tas-sajf. Fil-fatt, l-ajruport qed ibassar li iktar minn 36,000 tifel u tifla jkunu għaddew minnu.
Uffiċjali fi ħdan l-ajruport qed iħeġġu lil dawk li se jivjaġġaw fil-jiem li ġejjn sabiex ikunu nfurmati dwar l-ispezzjonijiet ta’ sigurtà, biex ikun żgurat li jkollhom l-aħjar esperjenza possibbli fl-ajruport.