Stevan Karanovic, Serb ta’ 57 sena residenti ir-Rabat, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li is-Sibt li għadda allegatament kixef il-parti tiegħu quddiem żewġt ibniet f’supermarket f’Ħal-Qormi. Waqt tfittxija li saret fl-appartament tiegħu, instabu wkoll ritratti u filmati ta’ pornografija tat-tfal.
Karanovic, li kien jaħdem fil-pornografija, ġie arrestat it-Tnejn li għadda fuq akkużi ta’ produzzjoni, akkwist u ċirkulazzjoni ta’ materjal indiċenti li jinvolvi l-minuri, kif ukoll talli kien imlibbes indiċenti fil-pubbliku.
Fix-xhieda tagħha, l-ispettur tal-prosekuzzjoni Roxanne Tabone spjegat kif l-għada tal-aċċident, iż-żewġt ibniet li huma kuġini kellmu lill pulizija fil-presenza tal-ġenituri tagħhom, fejn spjegaw li stranġier kixef il-parti tiegħu waqt li kienu qed jixtru kif ukoll li x’ħin ħarsu lejħ il-ġenituri dan kien pront għatta kollox b’basket. Allegatament, il-persuna kompla jagħmel dan il-ġest indiċenti kull darba li it-tfal ħarsu fid-direzzjoni tiegħu.
L-ispettur Tabone kompliet tispjega kif is-suspettat li huwa wkoll minn grupp tan-nudisti ħass il-ħtieġa li juri lilu nnifsu. Meta pie mistoqsi għala għamel dan quddiem it-tfal imma mhux quddiem il-ġenituri hu qal li din kienet xi ħaġa li ma setax jispjega.
Intant, minkejja li m’ammetix l-akkużi miġjuba kontrih, huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest hekk kif ma kellu l-ebda rbit ma’ Malta u kien biddel l-indirizz tad-dar diversi drabi. Barra minn hekk, fil-pussess tiegħu instab ukoll biljett tal-ajru ‘one way’ lejn il-Kroazja.