Jiġbdu lejn pajjiżna eluf ta’ turisti kull sajf.
Dawn huma l-festivals mużikali li qed jagħtu kontribut siewi fis-settur turistiku li kulma jmur qed jikber u jissaħħaħ.
L-aħħar festival li daħal f’dan il-kalendarju kien Summer Daze – Festival fil-btajjel ta’ Santa Marija li se jġib miegħu tnejn mill-aqwa artisti fil-klassifiċi preżenti.
Lionel Gerada, wieħed mill-mħuħ wara SummerDaze spjegalna x’hemm lest għal dawk li kisbu posthom quddiem il-palk f’Ta Qali.
Gerada qal li “Kunċert fenomenali u enormi. Hemm żewġt artisti kbar, Martin Garrix li huwa n-number 1 DJ u Rita Ora. Magħhom hemm ukoll diversi artisti fosthom għada kemm ġiet kkonfermata emma muscat”Ma’ dan jingħaqad Glitch: festival imqassam fuq jumejn li hu produzzjoni Maltija u li dieħel fit-tielet sena tiegħu.
Festival għal min għandu għal qalbu l-ġeneru tat-techno u l-mużika elettronika.
Karl Attard – wieħed mill-imħuħ li fasslu dan il-festival, spjegalna li iżjed kemm jgħaddi ż-żmien dan il-festival iżjed qed jikseb popolarità mal-barranin li jiġu pajjiżna biex isegwu iżjed minn tletin artist internazzjonali.
Attard qal li “Din hija t-tielet edizzjoni u għal din is-sena se jiġu Malta barranin elfejn u ħames mija li huwa numru tajjeb ħafna meta tqis li hija t-tielet sena biss u qed naħdmu wkoll biex in the next two years dawn in-numri jirduppjaw.”
Ma’ ONE News, is-Sur Attard stqarr li l-esperjenza għallmitu li x-xemx tiżreġ, il-baħar kaħlani u frisk u l-pożizzjoni ġeografika jagħmlu l-pajjiżna l-art ideali biex wieħed jattendi festival fix-xhur Sajfin.