Malti ħafer lil żagħżugħ li weġġgħu gravi b’daqqa ta’ flixkun imkisser f’Paceville waqt li kien fis-sakra.
Il-każ seħħ fit-2 t’Awwissu li għadda, meta l-akkużat ta’ daqqa ta’ flixkun imkisser lil Anthony Zammit.
L-imputat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, iżda qal li għamel dan mingħajr intenzjoni li joqtlu.
Il-vittma qal li permezz tal-avukat tieħu wasal fi ftehim mal-aggressur, u ħafirlu ta’ għemilu,
Madanakollu, il-Maġistrat Joe Mifsud, sostniet li s-sokor mhu ebda skuża biex persuna tweġġa’ lil ħaddieħor. Il-Qorti fil-fatt ma taqbilx ma’ dan it-tip ta’ ftehim, għaliex reati bħal dawn jipperikolaw lis-soċjetà.
Minkejja dan il-Qorti ħelsiet lill-akkużat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sentejn.