Malta Public Transport nediet servizz ta’ kiri tar-rota elettronika biex tintuża fil-Belt Valletta.
Il-pubbliku irid iħallas għal kull 30 minuta tal-użu li jagħmel. Wieħed jista’ jħallas ukoll b’ tal-linja card.
Dan qed isir bil-għan li jħeġġeġ lill-pubbliku biex juża r-rota għall-qadi tiegħu fil-Belt, bis-servizz jibda’ mill-venda tal-linja.
B’ kollox se jkun hemm ħames stazzjonijiet, li huma il-Forti Sant’ Iermu, il-Barrakka ta’isfel viċin il-lift, iċ-ċentru tal-Belt, il-venda, u Marsamxett.
Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li dan huwa mod nadif ta’ kif il-pubbliku jista’ jibda jivvjaġġa. Innota wkolla kif mal- 50 miljun passiġġier fis-sena jagħmlu użu mit-trasport pubbliku, żieda ta’ 20 miljun meta mqabbel mal-2012.