Il-Bank Ċentrali tat-Turkija sostna li se jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura stabilità finanzjarja fil-pajjiż.
Dan wara li l-lira Torka niżlet ‘l isfel sew wara li l-Amerika rduppjat it-tariffi fuq l-azzar u l-aluminju li ġej mit-Turkija.
Is-swieq finanzjarji fl-Asja qalgħu daqqa minħabba dak li ġara fit-Turkija.
Dan hekk kif il-bank ċentrali Tork huwa lest li jipprovdi l-mezzi ta’ likwidità li l-banek Torok mistennija jiġu bżonn.
Fil-jiem li għaddew, f’artiklu li kiteb il-President Tork Recep Tayyip Erdogan attakka lil Gvern Amerikan għall-azzjonijiet tiegħu.
Huwa saħaq li t-Turkija, li hija msieħba fin-NATO, dalwaqt turi li tista’ ssib ħbieb oħra.