Għexirien ta’ nies indarbu, fosthom erbgħa serjament fil-belt ta’ Vigo fi Spanja.
Dan wara li struttura tal-injam max-xtajta ċediet.
Dan ġara waqt festival sportiv u mużikali popolari li jsir f’din il-belt.
Bosta persuni li nzertaw fuq l-istruttura tal-injam b’qies ta’ tletin metru twila u għaxar metri wiesa’ spiċċaw fil-baħar.
Rapporti fil-midja Spanjola sostnew li mija u tletin persuna ttieħdu l-isptar, ħafna minnhom ibatu minn xokk.
Xhieda fuq il-post iddeskrivew is-sitwazzjoni bħala waħda ta’ paniku kbira u bugħaddasa ntbagħtu sabiex jivverifikaw li ħadd ma nqabad taħt l-ilma minħabba l-istruttura ċediet fil-baħar.