Fost l-akbar briju tas-sena ġiet iċċelebrata l-Festa ta’ San Gejtanu fil-Ħamun, bil-marċ tradizzjoni mtella’ mill-Għaqda Mużikali San Gejtanu u l-Għaqda Mużikali San Ġużepp.
Propju fit-tieni Ħadd ta’ Awwissu l-Ħamrunizi ċċelebraw bil-kbir il-festa ta’ San Gejtanu, fejn dehru evidenti d-dominanza tal-kulur aħmar u dak blu, iż-żewġ partiti tal-festa fil-Ħamrun, il-ħomor magħrufa bħala tat-tamal u l-blu tal-miskina
Il-Festa tal-Ħamrun tibqa magħrufa għal dan il-marċ li jiġbed eluf ta’ persuni minn kull rokna tal-pajjiż.
Dan hekk kif għal darba f’sena t-triq prinċipali ta’ din il-lokalità, magħrufa bħala Strada Rjali u li hi fost l-aktar traffikużi, tkun magħluqa għal karozzi biex dak li jkun jiċċelebra fil-libertà.
Propju bħal dan iż-żmien sebgħa u għoxrin sena ilu twaqqaf ONE Radio dak iż-żmien Super ONE u li l-ewwel trażmissjoni tiegħu saret propju mill-festa tal-Ħamrun.
Din is-sena kienet waħda speċjali għall-Ħamruniżi, li ċċelebraw il-ħames mitt sena mid-dehriet mistiċi li San Gejtanu kellu waqt li kien qed jitlob u jimmedita fil-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore f’Ruma.