Ħadd ma ndarab meta tliet vetturi nħakmu minn nirien f’Ħaż-Żabbar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:30 fi Triq Villabate f’Ħaż-Żabbar meta għal xi raġuni tliet vetturi li kienu pparkjati tat-tip Volvo, Alfa Romeo 147 u Alfa Romeo 156 inħakmu minn nirien.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet sabiex tistabbilixxi x’seta’ wassal għal dan.