Mara weġġgħet waqt li kienet miexja mas-sieħeb tagħha fil-viċinanzi tal-irdum tal-Waħx f’Għajn Tuffieħa.
L-operazzjoni ta’ salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ir-Red Cross u l-emerġenza tal-isptar Mater Dei bdiet għall-ħabta tal-17.30 iżda minħabba il-ġeografija tal-post ħadet ammont ta ħin hekk kif il-koppja ma setgħetx tinstab.
Madwar tliet kwarti wara l-ewwel rapport il-koppja intlemħet ghall-ewwel darba minn għawwiem tas-salvataġġ tar-Red Cross li wasal fuq il-post minn naħa tal-baħar permezz ta’ jetski. Kien hawn x’ħin l-għawwiem avviċina l-koppja u intbagħat messaġġ lill-ħaddiema tas-salvataġġ l-oħra li kienu għaddejja bit tfittxijiet tagħhom.
Sorsi fuq il-post qalulna li kien hawnekk x’ħin bdiet il-ħidma ta’ salvataġġ. X’ħin ittellgħet lura fuq l-irdum it-tfajla bdiet tirċievi l-kura mingħand infermiera tal-emerġenza li kienet fuq il-post. Iu
L-investigazzjonijiet qed isiru mill-pulizija tal-għassa tal-Mosta.