Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat l-iffriżar tal-assi ta’ Fayton Falzon, u qalet lit-tlett iħwienet tal-akkużat se jinżammu magħluqin. L-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li ma jkellimx xhieda, ma’ joħroġx bejn is-01.00 u s-07.00, u kif ukoll jifirma fl-għassa tal-Ħamrun tlett darbiet fil-Ġimgħa.
Falzon tressaq il-Qorti mixli li mexxa briedel fi tliet iħwienet suppost tal-massaġġi, iżda mbagħad intużaw għal skopijiet ta’ prostituzzjoni.
Il-Ħelsien ingħata wara t-talba tad-difiża, mmexxija mill-Avukat Arthur Azzopardi għall-ħelsien mill-arrest, fejn l-Ispettur John Spiteri mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji, qal li l-akkużat ingħata sentenza sospiża oħra fuq l-istess akkużi ta’ tmexxija ta’ briedel, u għalhekk ma’ għandux jingħata il-ħelsien jew inkella jekk il-Qorti tiddeċiedi li tagħmel dan tagħmlu fuq kundizzjonijiet iebsa.
Aktar qabel, ittelgħu mixlija l-erba’ nisa li nstabu jaħdmu fil-ħwienet waqt operazzjoni mill-Pulizija l-Erbgħa filgħaxija, fejn dawn ingħataw il-ħelsien mill-arrest u se jiġu deportati lura lejn pajjiżhom. Fil-preżentata ta’ Falzon bdew jinstemaw ix-xhieda tal-erba’ tfajliet.
L-ewwel waħda kienet Yulil Sosnik, li qalet li ilha hawn Malta madwar ħames snin u ġiet biex taħdem f’ Massage Salon. FL-awla hija għarfet lill-akkużat, u qalet li saret tafu permezz ta’ terza persuna. Hija qalet li kienet taħdem fil-ħanut ‘Body Kiss’.
Hija qalet li kienet toqgħod mal-akkużat u kienet taħdem mid-09:00 sal-22:00, u kien iwassalha għax-xogħol l-akkużat stess. Stqarret li klijent kien iħallasom €50 ta’ nofs siegħa, u minn dawn hi kienet tieħu €25 u kienet tħallas €20 kuljum lis-sid.
L-akkużat kien ikun jaf kemm kellha klijenti mal-ġurnata mill-kameras installati fil-ħanut. Hija qalet li kull klijent kien jinża l-ħwejjeġ, tibdih bil-massage u jekk ikunu jixtiequ, jispiċċaw bis-sess, u kien ikollha bejn ħames u tnax il-klijent kuljum. Il-Kontraċetivi kien jiprovdihom Fayton.
Fil-Qorti kkonfermat li din kienet it-tieni darba tagħha f’ Malta u fid-darbtejn li huma ħadmet mall-akkużat. Iddeskrivit kif il-klijent kellhu għażla ta’ tlett servizzi li seta jieħu.
Ix-xhud, li kienet taħdem ma’ Falzon għal dawn l-aħħar snin, qalet li xogħla fl-Ukrajna huwa li tkanta, iżda kellha wkoll ċertifikati li hi kwalifikata biex tagħmel il-massaġġi.
It-tieni xhieda kienet ta’ tfajla oħra bl-isem ta’ Alina Shcheblykinali mill-Ukrajna, li qalet li hi wkoll kienet taħdem f’ wieħed mill-ħwienet ta’ Falzon. Hija qalet lill-ħwienet huma ta’ Fayton Falzon u huma jtuh parti mill-flus li jaqilgħu. Ikkonfermat ukoll il-prezz tas-servizz, u qalet li kienet tħallas €20 kuljum għal priservativi u anke tal-ikel li kien itihom.
Hija qalet li kienet taf il-Fayton permezz ta’ tfajla li kienet taħdem miegħu, u li kienet għadditilha n-numru tal-mobile u avviċinatu biex taħdem miegħu. Hija qalet li l-konċantrettivi kienu jgħidulhom ‘Snickers’, li kienet kelma biex mFalzon jifhimhom. Hija qalet li Falzon kien jispjegalom li importanti li ma jagħmlux sess biss, iżda jtawlu l-ħin u jagħmlu l-massaġġi. Hija qalet li ġiet arrestata fl-16:00 l-Erbgħa.
It-tielet xhud hija Tetiana Shapovalova mill-Ukrajna, hi qalet li ilha hawn Malta xahrejn u erbat ijiem, u ġiet sabiex taħdem f’ ħanut tal-Massaġġi bl-isem ta’ Body Kiss u li hu ta’ Fayton Falzon u li ħadmet erba’ darbiet miegħu fil-passat.
Hija spjegat li dan il-ħanut kien jinfetaħ bejn id-09:00am u l-22:00 u liċ-ċwievet kienu għandha għaliex kienet toqgħod biss ftit minuti ‘l bogħod. Hija qalet li reġgħet ġiet taħdem ma’ Falzon hawn Malta għaliex kellha bżonn il-flus minħabba operazzjoni għat-tifla tagħha.
Ir-raba’ tfajla li telgħet tixhed kienet Tatiana Druta mill-Moldova, li qalet li ilha hawn ftit tal-jiem. Hi ġiet hawn Malta sabiex taħdem f’ ħanut tal-massaġġi u biex tgħatti wkoll pjaċiri sesswali. Fil-Qorti kkonfermat li l-imgħallem tagħha kien Fayton Falzon. Hi qalet li din kienet it-tieni darba tagħha hawn Malta. Sabiex tmur għax-xogħol hija qalet li kien iwassalhom Fayton u anke filgħaxija, qalet li kienet taħdem fil-ħanut ‘Faithful Massage’. Druta qalet li kienet ilha taħdem sa min nhar it-Tnejn li għadda, u li tul il-jiem tat-Tnejn u t-Tlieta kienet taħdem fil-ħanut ‘Queens’, u l-Erbgħa kienet taħdem fil-ħanut ‘Faithful’. Qalet li fl-ewwel jumejn qalet €175 iżda ma tiftakarx kemm kellha flus fuqha waqt l-arrest.
Il-ħames xhud kienet mara oħra li minkejja li ġiet arrestata ngħatat il-ħelsien mill-arrest, hi qalet li ġiet hawn Malta biex taħdem fil-prostituzzjoni sabiex tkun tista’ tħallas id-dar tagħha. Fl-awla hija għarfet lill-akkużat.
Aktar kmieni
Erba’ nisa wieġbu ħatja għal akkużi ta’ prostituzzjoni f’ħanut tal-massaġġi. Alina Scebykina, Tatiana Druta, Tetiana Shapovalova u Yulil Sosnik, mill-Ukraina u l-Moldova, tressqu quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit akkużati bi prostizzjoni.
Fil-Qorti l-Ispettur John Spiteri mill-iskwadra ta’ kontra l-vizzji, ippreżenta l-evidenza fosthom il-mobiles tal-akkużati. Huma ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom. Fis-sentenza tagħha l-Qorti kkundanatom għal sena priġunerija sospiża għal sentejn. Il-Qorti kkonfiskat il-flus kollha li nstabu fuqhom, u mistennija jkunu deportati lura pajjiżom.
Aktar kmieni
Erba’ nisa wieġbu ħatja għal akkużi ta’ prostituzzjoni f’ħanut tal-massaġġi. Alina Scebykina, Tatiana Druta, Tetiana Shapovalova u Yulil Sosnik, mill-Ukraina u l-Moldova, tressqu quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit akkużati bi prostizzjoni.
Fil-Qorti l-Ispettur John Spiteri mill-iskwadra ta’ kontra l-vizzji, ippreżenta l-evidenza fosthom il-mobiles tal-akkużati. Huma ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom. Fis-sentenza tagħha l-Qorti kkundanatom għal sena priġunerija sospiża għal sentejn. Il-Qorti kkonfiskat il-flus kollha li nstabu fuqhom, u mistennija jkunu deportati lura pajjiżom.