Il-kwistjoni tal-bullying fl-iskejjel jew aħjar il-bullying fost ulied il-politiċi kompliet tkun suġġett ta’ diskussjoni.
Fuq il-profil tagħha fuq Facebook, mart il-Kap tal-Oppożizzjoni Nickie Vella De Fremeaux esprimiet il-weġgħa tagħha għall-fatt li binha spiċċa eskluż minn ċirku ta’ ħbieb minħabba l-politika.
Permezz ta’ kitba twila, is-Sinjura De Fremeaux qalet li kienet ta’ wġigħ il-qalb tara l-binha jitħalla barra minn festin tal-ikbar ħabib tiegħu.Qalet li binha dam sal-aħħar ġurnata jistenna bil-ħerqa l-invit ta’ festin nhar għeluq snin l-ikbar ħabib tiegħu.
Sostniet li din l-istedina qatt ma waslet, u hi bħala ommu sabitha diffiċli tfiehmu x’kien ġara.
Nickie Vella De Fremeaux tefgħet dawl fuq min hemm wara dawn l-atti krudili u f’indikazzjoni ċara wieġbet wieħed mill-kummenti fejn ikkonfermat li dawn huma l-istess nies li jpoġġu l-fjuri u jixgħelu x-xemgħat il-Belt.
Dan b’referenza ċara għan-nies tal-Occupy Justice li jgawdu l-appoġġ ta’ għadd ta’ deputati Nazzjonalisti fosthom tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.
Il-kitba ta’ Nickie Vella De Fremeaux issegwi dak li qalet mart il-Prim Ministru, is-Sinjura Michelle Muscat li qasmet esperjenza oħra ta’ qsim il-qalb meta waqt li kienet għaddejja l-istorja giddieba ta’ Egrant, it-tfal tagħhom sofrew mill-bullying fl-iskola.
B’reazzjoni għal dan, is-sieħba ta’ Simon Busuttil, Kristina Chetcuti f’artiklu f’The Times saħqet li l-bullying fl-iskejjel huwa inevitabli.
Bla ma qagħdet taħsibha darbtejn, is-sieħba ta’ Simon Busuttil kienet qalet li l-ġenituri ta’ tfal li jgħadud mill-bullying m’għandhomx jitħassruhom u jagħtuhom xi trattament speċjali.