10 snin ta’ Rockestra. Kunċert mżewwaq ġmielu bil-mużika rock bis-sehem ta’ artisti Maltin b’talent mill-aqwa u li sena wara sena jkompli jissorprendi bid-domanda dejjem titla’ u b’eluf ta’ persuni dejjem jilqgħu l-istedina.
Kien proprju fl-2009 meta ttella’ l-ewwel kunċert fejn minkejja li kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fuq dan it-tip ta’ kobor, il-folla ma bdietx bil-mijiet iżda mill-ewwel laħqet l-eluf fejn din uriet kif il-Maltin u kif ukoll il-barranin fil-gżejjer Maltin kienu għatxana għal xi ħaġa ta’ dan it-tip.
F’intervista flimkien, Pawlu u Sigmund tkellmu dwar kif iltaqgħu l-ewwel darba u kif matul dawn l-għaxar snin evolvew, u kibbru flimkien fejn minn stedina għal sehem fix-xow spiċċat għal ħbiberija mimlija mħabba u kollegi b’rispett kbir lejn xulxin.