Il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom wara attentat ta’ hold-up f’fabbrika f’Bulebel.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-17:20 f’fabbrika f’Bulebel meta żewġ persuni mgħammda u x’aktarx b’arma fuqhom ippruvaw iwettqu hold-up. Huma ħarbu minn fuq il-post.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija.
Intant fabbrika oħra li tinsab fl-istess żona bħalissa tinsab f’lock-down bħala prekwazzjoni b’numru ta’ Pulizija kienu stazzjonati quddiem l-istess fabbrika.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…